Tuesday, 16 May 2017

BIL-FILMAT: Imut il-plejer leġġendarju Malti Ronnie Cocks


Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta' Ronnie Cocks fl-età ta' 73 sena.


Aħna tkellimna ma' Ronald Cocks, li huwa iben Ronnie, u qalilna: "Missieri kien raġel tal-familja, umli u ta' rispett kbir. U kien ġeneruż u maħbub minn kulħadd."




Ronnie Cocks kien plejer tal-futbol famuż ħafna. Twieled il-Gżira u ta' 13-il sena ddebuta mal-Gżira United u wara sitt snin issieħeb ma' Sliema Wanders. Ronnie kiseb esperjenza unika barra minn xtutna mat-tim Amerikan ta' Pittsburgh Phantoms. Minbarra li lagħab mat-tim ta' Sliema, huwa lagħab ukoll ma' Hamrun Spartans, ma' Pietà Hotspurs u anke ma' Gżira United. Kien lagħab mat-tim Nazzjonali Malti u għal xi żmien kien ukoll kien il-captain tat-tim.




Is-suċċess ta' Ronnie Cocks fix-xena sportiva ġie rikonoxxut b'għadd ta' unuri li huwa rebaħ matul iż-żminijiet, fejn fosthom kien ingħata l-premju tal-aqwa plejer tas-sena.

It-tim ta' Xarabank kien għamel ukoll Bijografija dwar Ronnie Cocks u tista' taraha sħiħa hawn taħt:

No comments:

Post a Comment