sponsors

Friday, 19 May 2017

BIL-FILMAT: Mark jispjegalek x'tista' u x'ma tistax tagħmel f'jum l-Elezzjoni Ġenerali


Ninsabu biss 15-il ġurnata 'l bogħod mill-Elezzjoni Ġenerali u biex tassigura ruħek li l-vot tiegħek ikun validu, se ngħidulek eżatt x'tista' u x'ma tistax tagħmel fit-3 ta' Ġunju!


Ara dan il-filmat u Mark jispjegalek kollox:



Fi ftit kliem, dan huwa x'tista' u x'ma tistax tagħmel...


Ma tistax

  • Inti wieħed minn dawk li ma toqgħodx minuta bla ma tieħu ritratt ta' dak li tkun qed tagħmel jew tiegħek innifsek? Sakemm ma tridx li l-vot tiegħek jiġi invalidu, TIĦUX ritratt tal-vot tiegħek.
  • MA TISTAX tikteb kliem oxxen fuq il-polza tal-vot. Għalkemm jekk tkun għamilt din il-biċċa xogħol, ħadd mhu ħa jkun jaf li għamiltha inti, iżda iva, il-vot tiegħek ma jkunx jgħodd.
  • U le MA TISTAX timmarka l-vot b'mod li tidentifika lilek innifsek anke bl-iċken marka.
  • Jekk se tgħin lil xi ħadd li għandu xi diżabilità u/jew ma jafx jaqra jew jikteb, le MA TISTAX tinfluwenzah billi tgħidlu kif għandu jivvota.
  • MA TISTAX tniżżel xi tip ta' simbolu jew marka oħra ħlief numri ħdejn il-kandidati tal-għażla tiegħek fuq il-polza tal-vot.
  • MA TISTAX titwi l-vot tiegħek bi kwalunke mod imma trid titwih darba jew darbtejn, skont kif jgħidulek.
  • MA TISTAX tivvota għal xi ħaddieħor u MA TISTAX titlobhom polza ta' votazzjoni għal xi ħadd li ma jeżistix jew xi ħadd li huwa mejjet.
  • Quddiem il-postijiet tal-votazzjoni MA TISTAX tagħmel propoganda għall-ebda partit u għall-ebda kandidat.
  • Jekk ma tridx teħel multa u anke ħabs, MA TISTAX tbigħ jew tixtri il-vot tiegħek għax jekk ifettillek tagħmel hekk tkun qed tikser il-liġi.
Tista' 
  • Jekk għandek aptit tesprimi l-kapaċità artistika tiegħek TISTA' tpinġi fuq il-polza tal-vot iżda l-vot tiegħek jiġi invalidu. Tkun ħassartu jiġifieri.
  • Jekk għandek xi diżabilità u/jew ma tafx taqra jew tikteb, TISTA' tgħid lil xi ħadd jagħtik daqqa t'id.
  • Ipprova tiħux żbalji inti u tivvota imma jekk tieħu żball serraħ rasek għax TISTA' titlobhom polza oħra tal-vot.

No comments:

Post a Comment