Wednesday, 17 May 2017

BIR-RITRATTI: Mumenti mid-Dibattitu li għaddej bħalissa fl-Università


Waqt li għaddej id-Dibattitu bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi fl-Università ta' Malta, dawn huma ftit mill-waqtiet li rnexxielhom jaħkmu l-cameras tar-ritratti tagħna.
Id-Dibattitu beda għall-ħabta tas-1:20pm u l-kelliema huma Dr Joseph Muscat, Mexxej tal-Partit Laburista, il-Prof. Arnold Cassola, Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Dr Marlene Farrugia, il-Kap tal-Partit Demokratiku, Dr Henry Battistino, il-Kap tal-Moviment tal-Patrijotti Maltin, u Dr Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Id-Dibattitu qed isir l-Università fis-Sala Sir Temi Zammit, u għad-Dibattitu hawn preżenti mijiet ta' studenti Universitarji li mhumiex qed iħallu l-atmosfera nieqsa minn ċapċip u għajat li jtarrax il-widnejn.
















L-Għaqda tal-Istudenti Universitarji tal-Komunikazzjoni, it-Third Eye, qiegħda xxandar id-Dibattitu LIVE fuq il-paġna ta' Facebook tagħha. Id-Dibattitu tista' tarah minn hawn ukoll:


Ritratti: Mandy Briguglio

No comments:

Post a Comment