Monday, 15 May 2017

"Dak li għedna jgħodd dejjem u għal kulħadd" - L-Arċisqof f'kumment li ta lil Xarabank


Fl-aħħar ħin, Xarabank għamel kuntatt mal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna u dawn kienu l-kelmiet tiegħu meta staqsejnih kif iwieġeb għall-kummenti negattivi li qed jiġru dwaru fil-media soċjali.
Illum, f'jum il-Birthday tiegħu, l-Arċisqof ġie attakkat bl-aħrax wara li hu u l-Isqof Mario Grech ħarġu Ittra Pastorali qasira ħafna li fiha ħeġġew lin-nies biex meta jmorru jivvutaw, jivvutaw b'mod responsabbli. L-Ittra Pastorali nqrat fil-parroċċi u l-knejjes kollha ta' Malta u Għawdex waqt il-quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd li għadda.

"Hi responsabbiltà li titlob minna li nagħżlu persuni ta' għaqal u integrità, li jgħożżu u jħaddnu l-valuri etiċi li nemmnu fihom," qalu l-Isqfijiet fl-Ittra Pastorali.

Madanakollu, ħafna kienu dawk li fuq Facebook qabdu jattakkaw lill-Isqfijiet qatta bla ħabel u qalu li din l-ittra ma kinitx ħlief propaganda biex in-nies jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Kien hemm min saħansitra qal li dan huwa l-agħar żmien tar-Reliġjon Kattolika f'Malta u xi nies ikkummentaw li dawn l-Isqfijiet sejrin l-infern.

Aħna għamilna kuntatt mal-Arċisqof u staqsejnih x'jikkummenta dwar dan. Qalilna li l-Ittra kienet ċara u qalilna li m'għandux għalfejn iżid aktar ma' dak li diġà fiha l-ittra. U qal: "Dak li għedna jgħodd dejjem u għal kulħadd."

Biex taqra l-Ittra Pastorali kollha tista' tagħfas hawn.

Ritratt: timesofmalta.com

4 comments:

  1. The bishops should also condemn the clergy who is a wolf in sheep's clothing who insult the labourites as 'elves' and 'trolls'.

    ReplyDelete
  2. Well, the fact that certain sections of the populace took offence at the request by the bishops to vote responsibly (without indicating any particular outlet), indicates that these same people feel guilty about their intention to vote... how else would they interpret their message otherwise?

    ReplyDelete
  3. No should be insulted by this comment we all want to have leaders that respect the electorate and anyone that breaks the law should be punished.

    ReplyDelete
  4. Since when is it normal practice for bishops to issue a Pastoral Letter before an election? Oh yes, it applies to everyone. Pull the other leg, arcipesta.

    ReplyDelete