top bar

Friday, 19 May 2017

Dawn it-tfal tal-iskola ta' Pembroke kisru rekord tad-dinja



B’938 persuna, l-iskola ta’ St. Catherine’s High School kisret il-Guinness World Rekord tal-akbar ġemgħa ta’ nies lebsin ta’ wardi tax-xemx (sunflowers). Il-grawnd tal-iskola, li ħa xejra ta' qisu ġnien, kien mimli fjuri kbar u żgħar u wara li għoddewhom, inkiser ir-rekord tant mistenni.



Ma’ Xarabank, il-kap tal-iskola Sue Midolo tispjega li “għażilna li niksiru dan ir-rekord, li kien ta’ 748, biex nikkommemoraw l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ ommi, Marie Midolo, li kienet ukoll kap ta’ din l-iskola.” St. Catherine's High School kienet diġà kisret rekord dinji ieħor u fil-fatt Sue tgħid li “sentejn ilu ksirna r-rekord tal-akbar ġemgħa ta’ nies lebsin kostumi tan-nursery rhymes b’848 persuna iżda siegħa wara nkiser minn żewġ skejjel barranin.”




L-iskola għażlet li tikser dan ir-rekord minħabba li l-warda tax-xemx iġġorr magħha s-simbolu Grieg ta’ Clytie li nbidlet f’warda tax-xemx wara li niktet it-telfa tal-maħbub tagħha Apollo. Clytie, fil-forma ta’ warda tax-xemx, dejjem tħares lejn ix-xemx, tfittex il-karru ta’ Appollo bit-tama li jirritorna lura u terġa’ tingħaqad miegħu. Għaldaqstant, l-iskola qed tfakkar it-telfa ta’ Marie Midolo li ddedikat iktar minn 30 sena għal din l-iskola.
Edwin Gatt jippreżenta ċ-ċertifikat lil Sue Midolo
F’din iċ-ċelebrazzjoni kommemorattiva, in-numru ta’ nies issarraf f'donazzjoni ta’ €938, li mbagħad telgħet għal €1,000 u ngħatat lil Hospice Malta.


No comments:

Post a Comment