top bar

Tuesday, 16 May 2017

Joseph Muscat, Simon Busuttil, Marlene Farrugia u Arnold Cassola f'dibattitu


Għada fl-Università se jsir dibattitu bejn il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola.

Imtella' mill-University of Malta Debating Union u The Third Eye, id-dibattitu qed jittella' speċifikament għall-istudenti. Il-mexxejja politiċi tal-partiti, bil-kandidati rispettivi tagħhom, se jkunu qed jiddibattitu wara li l-erba' partiti politiċi aċċettaw l-istedina tagħhom.

F'dan id-dibattitu l-istudenti jkunu jistgħu jibagħtu d-domandi tagħhom biex dawn jiġu mwieġba, jisimgħu dak li kull mexxej għandu xi jgħid u jressqu mistoqsijiet diretti lill-kelliema.

Dan id-dibattitu, li se jsir għada fis-13:00pm u fis-Sala Temi Zammit, se jixxandar live fuq din il-paġna Facebook u mxerrda wkoll fuq il-paġna ta' The University of Malta Debating Union. 

Xarabank se jkun hemmhekk jirrapporta dan id-dibattitu u se jkun qed jaġġornakom.  

No comments:

Post a Comment