Monday, 15 May 2017

"Mhux jien inbdilt. Inbidel il-Partit Laburista" - Godfrey Farrugia f'intervista esklussiva ma' Xarabank


L-eks ministru, whip u deputat parlamentari Laburista Dr Godfrey Farrugia qal li kemm ilu fil-politika dejjem ħadem favur il-politika ta' "Malta Tagħna Lkoll" u ddeċieda li joħroġ mal-Partit Demokratiku biex ikompli jwettaq din il-missjoni. Dan qalu f'intervista esklussiva ma' Xarabank.
Din l-intervista qasira qed nippubblikawha hawn taħt wara li lbieraħ wara nofsinhar, Dr Farrugia indirizza l-Mass Meeting tal-Forza Nazzjonali f'Ħaż-Żebbuġ.

"Jien determinat biex għall-Elezzjoni li ġejja nkunu fuq quddiem fi Gvern alternattiv ġdid," saħaq Dr Farrugia.


Xi nies qed jgħidu li l-Mass Meeting tal-bieraħ sar Ħaż-Żebbuġ biex ikun fid-distrett ta' Godfrey Farrugia. Aħna staqsejnih dwar dan u qalilna li din ma setgħetx tkun vera, għaliex hu ddeċieda li se joħroġ fl-aħħar minuta, meta l-Mass Meeting kien ilu ippjanat u meta ħadd kien għadu ma jaf li se joħroġ mal-Partit Demokratiku.

Xi nies qed jgħidu wkoll li Dr Farrugia se jikkontesta mal-Partit Demokratiku għax kien imġiegħel mill-partner tiegħu Marlene Farrugia. Dwar dan staqsejnih ukoll.

"Xejn mhu minnu. Meta jgħidu hekk iweġġgħuni. I'm a self-made man," jispejga Godfrey Farrugia. "Fil-leġiżlatura li għaddiet jien ivvutajt kontra Marlene tliet darbiet, inkluż darba minnhom meta kien hemm xi ħadd li fil-Parlament qalilha li jrid jifqagħha. Meta nħares lura nirrealizza li dik kienet l-aktar ġurnata ta' dulur fil-Parlament."

"Jien bdilt il-pożizzjoni tiegħi mhux għax bdilt fehmti, imma għax il-Partit Laburista bidel triqtu. U l-eżempju tiegħi għandu jwassal biex dawk il-Laburisti li vvutawli fl-2013 jerġgħu jsaħħu l-vot favurija f'din l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja," itemm jgħid Dr Farrugia.

Ritratt tal-faċċata: timesofmalta.com

3 comments:

  1. Mortu tistaqsu li-dawk kolla li hargu mal-labour u li-kienu PN,ghaliex marru mal-PL??Inthom dejjem lesti biex taghamlu propoganda lil-PN biex tejnuh.

    ReplyDelete
  2. Naqbel ma Unknown, kif qatt ma intervistajtu lil-Jeffry Pulicino Orlando u hafna nies ohra prominenti li qalbu min PN ghal PL, sewwa naghmel jien li Xarabank ma narahx ghax inthom ixxaqilbu bil-kbir lejn il-PN, zball wiehed ghamel il-Labour u dan kien li halla dan il-programm zbilancjat ikompli jixxandar.

    ReplyDelete
  3. Jekk taqra dawn iz-zewg messaggi bizejjed forsi tifem x'inti taghid issa u haga ohra inti ma mortx biex tigiled ghal pajjiz mhux vera ghax kieku ma kontx tmur ma partit li qieghed ihameg isem MALTA mal-barranin jew int kuntent li jamgu isem pajjizek ma l-barranin jekk hu pajjizek wara kollox.
    (1)MESSAGG LIL DR GODFREY FARRUGIA.DOT FILWAQT LI NIRRISPETTA DEGIZZJONI TIEGHEK GHALKEMM MA NAQBIELX MAHHA MHUX QIEGHED TKUN GUST LI TWEGGANA BIEX THALLI LILL TAL PN JUZAWK..FTAKAR LI GHAD JASAL IZ ZMIEN LI WARA LI JUZAWK KEMM JIFILHU JASLU BIEX JARMUK KIF GHAMLU LILL HADDIEHOR..

    JIEN MORALMENT KONVINT LI HAFNA MIN DAK LI QIEGHED TIGHD MHUX GEJ MINNEK IMMA MIN MIN GHANDU HAKMA TOTALI FUQEK. U BIEX INFAKKREK FTAKAR F`EWWEL LAQGHA LI KELLNA MIEGHEK BHALA GWU META SIRT MINISTRU U FTAKER LIL LAQGHA MHUX INTI LI MEXXEJTA BHALA MINISTRU IMMA DIK LI KELLEK HDEJK TIFTAKAR KEMM IL DARBA WAQFITEK META INT PRUVAJT TITLELLEM. (( (2)Hdimt vicin tieghek ghal xhur shah. Ghalkemm kont il-Ministru tieghi, fil-verità konna sirna hbieb kbar. Kont nifhmek b'semplici harsa, fosthom f'konferenzi u laqghat.

    Kien is-Sibt 29 ta' Marzu 2014, fejn dak li kellu jkun jum ta' xoghol bhall-ohrajn, inbidel fl-ahhar jum tieghek bhala Ministru. Dhalt fl-ufficcju tieghi u wara ftit minuti bdejt nintebah li dawk kienu l-ahhar mumenti tieghek bhala Ministru. Wara li tajtni l-hand over, irhejtilha lejn Kastilja bl-ittra tar-rizenja.

    Ghalkemm kont hsadtni, fl-istess hin fhimt u rrispettajt id-decizjoni tieghek.

    Wara li ghadda ftit taz-zmien, kien wasal il-waqt ghat-tieni kariga tieghek, dik ta' Whip ghan-naha tal-Gvern. Kont l-ewwel persuna li int infurmajt u tlabt l-opinjoni tieghi. Minn naha tieghi appoggjajtek u heggigtek sabiex taccetta l-proposta tal-Prim Ministru.

    Fil-gimghat li ghaddew habbart ir-rizenja tieghek minn Whip. Ghal darb'ohra, irrispettajt id-decizjoni tieghek.

    Izda l-pass li ghamilt ftit tal-jiem ilu tellef kull kredibbilta' li kellek. Tlaqt lil din il-familja li taghtek l-opportunità li tilhaq fejn kont taspira, u minflok hallastha b'ghemil simili.

    Sahha Godfrey.

    ReplyDelete