Wednesday, 17 May 2017

Ara d-Dibattitu tal-Università LIVE hawnhekk


Għadhom kif daqqu s-1pm u minn hawn u ftit tal-mumenti oħra mistenni jibda d-Dibattitu tant mistenni bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi fl-Università.
Is-Sala Sir Temi Zammit diġà hija ppakkjata bl-istudenti li kellhom jirreġistraw apposta biex ikunu jistgħu jattendu għal dan id-Dibattitu. Jonqos biss li jaslu l-mexxejja tal-partiti.

Id-Dibattitu se jiġi streamed live fuq l-internet u fis-sala hawn ukoll diversi membri tal-media mill-kmamar tal-Aħbarijiet ta' Malta kollha.


Oriġinarjament dan id-Dibattitu kien pjanat li jsir ilbieraħ imma l-Prim Ministru kellu mpenn ieħor mal-President tal-Ukrajna. U wara li nqalgħet daqsxejn ta' kontroversja, id-diriġenti mill-partiti politiċi kollha qablu li d-Dibattitu tal-Università jsir illum fis-1pm.

Id-Dibattitu qed jiġi streamed live fuq il-paġna ta' Facebook tat-Third Eye, li hija l-Għaqda tal-istudenti tal-Komunikazzjoni fl-Università ta' Malta. Imma tista' tarah minn hawn taħt ukoll:

  

1 comment:

  1. Ghaliex ahna l-istudenti ghalliema minsija? hawn xi hadd mill-kapijiet tal-partiti jafu kemm nonfqu flus waqt it-tahrig prattiku? Meta ser tahsbu fina u ninghataw fondi bhala ghajnuna sabiex niksbu laqwa rizultati? Ma jistax ikun li r-rizorsi huma tant limitati u ahna nibqhu nohorgu flus minn butna.

    ReplyDelete