top bar

Tuesday, 16 May 2017

X'sar minnhom dawn il-ħaddiema li kienu jaħdmu ma' Xarabank?


Aħna u nqallbu fl-arkivji tar-ritratti, tfaċċa dan ir-ritratt li ttieħed lura fl-1998. Fih jiġbor in-nies li kienu jiffurmaw it-tim ta' Xarabank. Imma x'sar minnhom dawn in-nies?


Filwaqt li l-ewwel waħda fuq in-naħa tax-xellug fl-ewwel filliera hija Maria Muscat (La Barokka), li llum taħdem bħala ġurnalista ma' Television Malta, Simone Cummings, li fir-ritratt hi ħdejn Maria, taħdem bħala Assistenta Personali tas-CEO ta' Bettson Group.

U iva, sewwa qed taħsbu... l-ewwel persuna fuq in-naħa tax-xellug fl-aħħar filliera hija Michelle Muscat. Illum hija l-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat u għandha l-kariga ta' Chairperson fil-Marigold Foundation.

Ħafna huma dawk li baqgħu jaħdmu fis-settur tal-midja. Fil-fatt James Debono, li liebes flokk blu fir-ritratt, huwa ġurnalist u jagħmel anke s-surveys mal-Malta Today, Kurt Sansone, li liebes flokk irrigat bl-iswed u bl-abjad fir-ritratt, huwa ġurnalist mat-Times of Malta u Martin Mercieca, li fir-ritratt huwa fejn Michelle Muscat, huwa direttur televiż ma' Television Malta.

Min-naħa l-oħra, Marie Brigulio, li qiegħda t-tieni waħda min-naħa tal-lemin fl-aħħar filliera, illum hija lekċerer fl-Università ta' Malta, Joe Debono, li qiegħed ħdejn Marie liebes flokk oranġjo, studja biex ikun gwida u Andrea Cassar, li qiegħda l-aħħar waħda fuq in-naħa tal-lemin, hija l-preżentattriċi tal-programm Liquorish.

Minn dawn in-nies kollha li jidhru fir-ritratt, Peppi Azzopardi, li qiegħed fejn Simone fir-ritratt, u Vince Fabri, li liebes flokk irrigat bl-isfar u bl-iswed, biss għadhom jagħmlu parti minn Xarabank. 

No comments:

Post a Comment