top bar

Tuesday, 13 June 2017

Att vandalu fuq karozza ta' kandidat Nazzjonalista


Ilbieraħ ġiet vvandalizzata l-karozza tal-kandidat Nazzjonalista fl-elezzjoni li għaddiet, Charlot Cassar.

Fuq Facebook, Charlot tella' żewġ ritratti li juru kif niżżlulu żewġ tajers u anke girfu l-mudguard.
Mal-midja lokali, Charlot spjega li minkejja li dan il-vandaliżmu ġara ftit ġranet wara l-Elezzjoni Ġenerali, ma jistax jgħid jekk dan kienx mottiv politiku.
Il-ġimgħa l-oħra, jiem wara l-Elezzjoni Ġenerali sar attentat ta' ħruq mal-bieb tal-klinka tal-Kandidat Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali Jeffrey Puliccino Orlando.

No comments:

Post a Comment