sponsors

Tuesday, 13 June 2017

BREAKING: Sparaturi f'Munich fl-Ġermanja

Aġġornata: Il-Pulizija ta' 26 sena qed tissielet ma' ħajjitha wara li ġie sparat tir f'rasha meta raġel ħatfilha arma tan-nar fi stazzjon f'Munich. Filwaqt li hija wara sparatlu, ir-raġel ġarrab ġrieħi ħfief u qed jinżamm arrestat. F'dan l-attakk żewġ persuni oħra ġarrbu ġrieħi gravi.



Qabel:

Pulizija Ġermaniża ndarbet serjament wara li sfat midruba fi sparatura f'Munich fil-Ġermanja, fi stazzjon tal-ferrovija.

Fuq il-midja internazzjonali qed jiġi rrapportat wkoll li għexieren oħra sfaw midruba fl-istazzjon Unterföhring S-Bahn. Filwaqt li ġiet arrestata persuna waħda, iċ-ċirkustanzi marbuta ma' dan il-każ għadhom mhumiex ċara. 
Kelliem għall-Pulizija ma' stazzjon tar-radju qal li dan ma kienx attakk terroristiku.
Filwaqt li bħalissa għaddejja ħidma kbira min-naħa tal-pulizija, l-operat tal-ferroviji twaqqaf. 

No comments:

Post a Comment