top bar

Wednesday, 14 June 2017

Illum l-klieb aħjar mill-bniedem


Meta naraw bniedem jaħdem b'saħħtu kollha ngħidu li dan jaħdem daqs kelb għax il-ħin kollu għaddej bla waqfien.
Però dalgħodu ltqajna ma' dan il-filmat u malli rajnieh ġejna f'dubju jekk l-espressjoni taħdem daqs kelb għadhiex applikabbli għall-ħajja tal-lum. Kulma jmur dejjem naraw x'se nagħmlu ħalli l-annimali tagħna żgur ma jkun jonqoshom xejn.



U fil-fatt dan il-kelb żgur li ma jonqsu xejn għax fl-isfond tal-mużika jinsab mitluq fuq sufan, imdawwar b'xugaman u b'żewġ ħjariet fuq għajnjeh, jirrilassa filwaqt li jagħmlulu d-dwiefer, bla ma jkollu għalfejn jaħseb kemm se tiġih din is-sessjoni!

Insomma fis-sitwazzjoni li qiegħed aħjar ngħidu kelb rieqed la tqajmux!

No comments:

Post a Comment