Tuesday, 13 June 2017

Tixtieq tara l-ikbar bandiera qawsalla tittajjar f'pajjiżna?


Bħalissa għaddejja kampanja biex f'Settembru li ġej naraw l-ikbar bandiera qawsalla
tittajjar fil-Malta Pride, bil-għan li jiġi ċċelebrat il-ftuħ taż-żwieġ għall-koppji tal-istess stess.


Aħna tkellimna ma' Russell Sammut, wieħed mill-imħuħ wara din l-idea organizzata mill-Allied Rainbow Communities. Huwa jispjegalna dwarha: "Din is-sena qed nipprovaw niġbru l-flus u nġemmgħu biex noħolqu bandiera ġganteska bil-kuluri tal-qawsalla għall-Malta Pride li se ssir fid-9 ta' Settembru. "



Jispjega kif din il-bandiera jixtiequ jixtruha biex jiċċelebraw il-pride u l-ftuħ taż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess, li skont il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat se jkun possibbli fil-ġimgħat li ġejjin.

Russell jitkellem dwar id-drittijiet li tgawdi minnhom Malta u jgħid: "Bħala pajjiż aħna n-numru wieħed fl-Ewropa u probabbilment anke fid-dinja fejn jidħlu drittijiet tal-persuna LGBTIQ, u għalhekk nixtieq li bħal pajjiżi oħra jkollna din il-bandiera bħala simbolu ta' ċelebrazzjoni tad-diversità, l-imħabba u l-ħajja!"

Jekk tixtieq tibgħat donazzjoni, agħfas hawnhekk u biex tikseb iżjed informazzjoni żur: http://www.maltapride.org/

Ritratt: slate.com

No comments:

Post a Comment