top bar

Tuesday, 13 June 2017

"Wara l-isparatura, is-sigurtà żdiedet" - Ludwig Galea li jinsab f'Munich

Il-kantant u l-personalità magħrufa Ludwig Galea jinsab Munich fil-Ġermanja fejn iktar kmieni hemmhekk indarbu għexieren ta' nies, fosthom pulizija Ġermaniża, kawża tal-isparatura li seħħet fi stazzjon tal-ferrovija.
Aħna tkellimna ma' Ludwig li proprju llum wasal Munich għall-kunċert ta' Guns n Roses: "Ġejt hawnhekk biex nara l-Guns n Roses u għada niġi lura Malta." Jgħidilna ftit dwar dak li seħħ dalgħodu u jispjegalna: "Dalgħodu kien hemm xi ħadd li spara fuq uffiċjal tal-pulizija, però mill-ewwel ittieħdet azzjoni u mbagħad is-servizz tal-underground beda jaħdem normali ftit tal-ħin wara."
Huwa u jistenna li jibda l-kunċert, Ludwig jispjega li l-livell ta' sigurtà żdied: "Wara li seħħet l-isparatura, is-sigurtà żdiedet ħafna u dan jagħmel tajjeb għal kulħadd. Iktar ma jkun hemm sigurtà iktar nieħu pjaċir għax inserraħ rasi."
Minkejja li l-konfużjoni li kien hemm dalgħodu, Ludwig jgħid li l-isparatura ma affettwatx l-atmosfera t'hemmhekk: "Hawnhekk kulħadd qed jieħu pjaċir, il-folla qed tibda tinġema' minkejja li għadu kmieni u hawn ħafna nies mid-dinja kollha. Fil-fatt ħafna minnhom ġew biss għall-ġurnata, għal dan il-kunċert u mill-ajruport ħafna minnhom ġew bil-flokk ta' dan il-grupp."
Ludwig jistqarr li ma tantx jinsab imbeżża': "Kollha nafu x'kapaċu jagħmlu l-Ġermaniżi u ma tantx hemm ċans li jsir xi żball. Dan seħħ għax inħatfet il-pistola tal-pulizija u dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru, però hemm ukoll il-kwistjoni tad-destin."

No comments:

Post a Comment