top bar

Thursday, 13 July 2017

BIL-FILMATI U R-RITRATTI: In-nies jiċċelebraw id-dħul tal-liġi taż-żwieġ ugwali fi Pjazza Kastilja


Ilbieraħ filgħaxija Malta għexet mument storiku wara li fil-Parlament għaddiet il-liġi taż-żwieġ ugwali. Dan wara li l-maġġoranza tal-Parlament approvat it-tielet u l-aħħar qari tal-abbozz tal-liġi.
Xarabank għex dan il-mument storiku man-nies li nġabru fi Pjazza Kastilja, li nxtegħlet bil-kuluri tal-qawsalla għall-okkażjoni. Spikkaw ukoll it-tgħanniq, il-bews u l-ferħ tan-nies LGBTIQ li issa jistgħu jesprimu l-imħabba tagħhom biż-żwieġ. Tliet snin wara li daħlet il-liġi tal-Unjoni Ċivili, issa Malta ngħaqdet mal-14-il pajjiż fl-Ewropa li fihom koppji LGBTIQ jistgħu jiżżewġu. Għix il-mumenti kkuluriti li Xarabank irnexxielu jiġbed mil-lenti tiegħu:










Ritratti, filmati u editing: Andrew Borg Carbott

No comments:

Post a Comment