Saturday, 15 July 2017

F'nofs iż-żifna t-tnejn jispiċċaw l-isptar

Ritratt minn SWNS
Dawn huma Sharon u Andy Price. Koppja li ntilfet minn sensiha fiż-żifna ta' Dirty Dancing, Time of my Life. 

Fid-diska Time of My Life, Patrick Swayze jerfa' lil Jennifer Gray. Hekk ipprovaw jagħmlu Andy u Sharon meta kienu qed jipprattikawha biex jiżfnuha fit-tieġ tagħhom. F'nofs iż-żifna spiċċaw l-isptar. Kompli aqra ħa tara x'ġara'.



Sharon u Andy raw din iż-żifna 'l fuq minn 30 darba biex wara marru jipprattikawha fi ġnien qrib id-dar. Minn hemm spiċċaw l-isptar.

X'ġara? Kif wasal il-mument li Sharon tiġri lejn Andy biex jerfagħha, f'ħakk t'għajn spiċċaw it-tnejn mal-art.

Resqu lejhom il-familjari tagħhom u raw lill-koppja mal-art bla ma tiċċaqlaq. Ippanikjaw. Sejħu l-ambulanza li wasslithom malajr l-isptar.







Wara dan l-inċident, il-koppja tistqarr kif inhi: "Aħna issa ninsabu aħjar imma Andy weġġa' għonqu u jiena weġġajt dahri. Il-paramediċi kellhom jisseparawna għax saqajna spiċċaw ingħaqdu f'ta' xulxin."

Wara dan l-inċident, jiżvelaw li għat-tieġ se jmorru għal żifna inqas ikkumplikata. Aħna bħala Maltin nissuġġerulhom li jagħzlu d-diska Vertigo...


Araw x'sippost kellhom jagħmlu Andy u Sharon f'dan il-filmat:


No comments:

Post a Comment