top bar

Friday, 14 July 2017

"Wara li miet dak il-ġuvni fl-istess post, ħassejt li kelli nkellem lill-midja"



Wara li s-Sibt li għadda ġuvni ta' 22 sena tilef ħajtu quddiem stabbiliment fl-Iklin, raġel ħassu mħeġġeġ li jaqsam l-esperjenza li għaddiet minnha bintu ftit ġranet qabel fl-istess post.

Ma' Xarabank dan ir-raġel jispjega kif xi ħmistax qabel ma miet il-ġuvni, bintu ta' 21 sena marret party fl-istess post. F'ħin minnhom jirċievi telefonata mingħand sħabha. Jgħidulu li bintu ttieħdet l-isptar. "Kien tard billejl u sħabha ċempluli u qaluli li binti mitlufa minn sensieha u se joħduha l-isptar. Dak il-ħin kelli qatgħa kbira fuqi. Mort l-isptar u sibt lil binti fuq l-istretcher, storduta," jirrakkonta r-raġel.

Din it-tfajla tispiċċa mkeċċija mill-istabbiliment mill-bouncer fuq ordni tas-sid.

"Sħabha qaluli li meta s-sid ra lil binti mitlufa minn sensieha, qal lill-bouncer biex joħorġuha 'l barra mill-aktar fiss possibbli." Jallega li fuq il-post ma kienx hemm għajnuna medika. "Fuq il-post la kien hemm ambulanza u lanqas tabib."

Meta sema' x'kien ġara, ir-raġel ħassu li għandu jieħu azzjoni. "Meta smajt x'ġara, ridt nara jekk is-sid kellux permess jagħmel dan il-party u ċempilt lill-Pulizija. Huma qaluli li ħa jċemplu lill-Pulizija tad-Distrett biex jiċċekkjaw iżda minn dakinhar 'l hawn ma kellimni ħadd."

Wara t-traġedja tal-ġuvni, ir-raġel ħassu iktar imqanqal li jitkellem mal-midja: "Ħassejtni mħeġġeġ li nkellem lill-midja għax apparti li kienet involuta l-familja tiegħi, ġimagħtejn wara dak li ġara lit-tifla tiegħi, miet ġuvni fl-istess post. Nappella li meta jsiru dawn il-parties, l-awtoritajiet jaraw jekk għandhomx permess li jagħmlu dawn il-parties. U jekk għandhom, għandhom jordnawlhom li fuq il-post irid ikollhom tabib u ambulanza, inkella l-permess ma joħroġx."

Ritratt tax-xellug: The Media Police

4 comments:

  1. Aktar milli jinhareg permess tajjeb li wiehed ikun jaf x wassal ghal dawn iz zewg sitwazzjonijiet, il permess wahdu mhu ha jsolvi li persuni ma jintilfux minn sensihon...jew imutu...

    ReplyDelete
  2. X ghandu x jaqsam il-permess jekk xi hadd mar ibigh id-drogi u it-tifla tieghek xtrata?
    Aparti il-ftit li ma jafux jiehdu pjacir hemm mijjiet ohra li jafu jiehdu pjacir bil-muzika.
    Mela jekk jiqabad player tal-futbol bid-doping ticcekja il-permess tal-grawnd??

    ReplyDelete
  3. Permessi ghandhom isiru dejjem plus iktar pulizija u sigurta xigifiri titfa persuna mitlufha minn sensiha barra u ma tijiex lajnuna mela biex qlajtu l flus ok inbaghad ma tridux tiehdu hsieb lil dak li jkun, laqwa li taqilghu l balal tal liri, u l parties isiru mhux ghal da tip ta affarijiet! Tghid mhux se titla party u tara 4 jew hamsa biss bleffet ta droga, 80% ta nies li jkunu hemm ikunu taht l effet. Jekk tridu taqalghu l balal tal liri hudu hsieb lil min ikun taht l effet ta droga ghax inthom tafu xisir fil parties u tilabuiex ta dojoq, hemm bzon li tihdu hsieb liz zaghzagh maltin u ghawdxin iktar minn qatt qabel, imbaghad ghamlu parties. Ambulance plus police fkull party full stop. Imbaghad aqilghu l balal tal liri.

    ReplyDelete
  4. Pero Kif Titolbu Ambulanza F'Kull Party Jekk Lanqas Hawn Bizzejed Biex Jinqeda Il-Poplu Malti ??? Iz-Zaghazagh Ghandom Jiehdu Hsieb Taghom Innifisom Ax Fl-Ahhar Mil-Ahhar Id-Decizjoni Taghom Ha Tkun Biex Jihdu Id-Droga Jew Le ! U Inti Kif Qbadt U Infamajt Li 80% Ikunu Taht L-Effet ? Ma Nahsibx Li Tkun Kull Weekend Fuq Quddiem F'Xi Party ? Nies Bhalek U Kummenti Bla Sens Bhal Tieghek Huma Il-Kagun Li Lilna DJ's U Promoters Qedin Titfawna Lura F'Din Ix-Xena Hawn Malta !!
    Qabel Ma' Tikkumenta Ara Li Tkun Taf Xinti Tghid Mux Taqbad U Turina Kemm Int Injorant !

    ReplyDelete