Tuesday, 8 August 2017

Christina Magrin tirbaħ unur kbir ieħor barra minn Malta


Christina Magrin, it-tifla li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision tal-2016 rebħet wieħed mill-aktar festivals prestiġjużi fis-Slovenja. U hawn isfel tista' tara l-filmat esklussiv tal-mument xħin hi rebhet dan it-titlu.





F'dan il-festival ipparteċipaw 14-il pajjiż u wħud mill-kontestanti li kompetew fih kienu wkoll fl-X Factor.

Aħna tkellimna ma' Christina u qaltilna li ħadet xokk meta ma semgħetx isimha mar-rebbieħ tal-kategorija tagħha, imma ftit kienet qed tistenna li se tirbaħ l-ikbar unur tal-kompetizzjoni kollha. Il-Festival kien jismu Bled Golden Microphone International Festival in Slovenia.

F'dan il-filmat Christina tinterpreta Bridge Over Troubled Water u eżatt wara l-performance jidhru l-parteċipanti mdawrin magħha jxejru l-bandiera Maltija.


No comments:

Post a Comment