top bar

Thursday, 12 October 2017

"Għaliex ma ħax lili minflok lil Jerome?" - Martina


Martina li l-Ġimgħa li għadda tilfet lill-għarus tagħha Jerome, tistaqsi li l-għala Ġesù ma ħax lilha minflok lil Jerome.


Fuq Facebook Martina kitbet hekk: 

"Għadni ma nistax nemminha. L-iktar żewġ persuni għal qalbi ttieħdu f'post aħjar. F'post fejn huma 'l bogħod mill-kanċer, f'post fejn rebħu u mhux tilfu l-battalja għax rebħu l-ħajja eterna. 

Jiena ninsab ċertissima li ltaqgħu flimkien u qed jipproteġu l-familja tiegħi u ta' Jerome. Minn meta tlift lil ommi ma bqajtx nibża' mill-mewt, imma issa li miet Jerome, inħoss li parti minni diġà qiegħda hemm għax hemm żewġ persuni jistennewni."

Il-Ġimgħa li għadda meta Jerome mar f'post aħjar, kont ħafna emozzjonata, imdejqa u iva, irrabjata! Irrabjata għaliex din il-marda rnexxielha tkisser kantina oħra fil-familja, u bdejt nistaqsi għala jiena salvajt? Għala Ġesù ma ħax lili minflok lil Jerome? Hemm ommi hemm u familti mkissra, għala kellu jkisser familja oħra? Imbagħad irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna tal-qalb tiegħi, u qaltli: "Kiseb lil ommok fil-Ġenna u inti ksibt lil familtu f'din id-dinja."

Għażiż Jerome u ommi, komplu ħarsuna.

Ħabbejtkom dejjem. Għadni nħobbkom. Dejjem kont u dejjem nibqa'. Viċin xulxin jew 'il bogħod minn xulxin, għażiża ommi u għażiż qalbi tiegħi, dejjem se tibqgħu f'qalbi."

Xarabank se jerġa' jsellem il-memorja ta' Jerome, għada.

No comments:

Post a Comment