top bar

Tuesday, 10 October 2017

Jeħel xahar ħabs għalxejn! U f’idejna għandna l-provi.



Raġel jeħel xahar ħabs għalxejn wara li nstab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment lill-eksmara tiegħu. F'idejn għandna provi ċari ta' dokumenti li juru li r-raġel kien ħallas il-manteniment kollu u li dawn l-istess dokumenti kienu quddiem il-Maġistrat qabel ingħata s-sentenza ta' xahar ħabs. Xahar ħabs bla ebda ħtija.

Dan ir-raġel, li ilu għaddej bil-każ tas-separazzjoni għal dawn l-aħħar 7 snin, instab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment. "Irċevejt taħrika li tgħid li jiena nqast milli nagħti l-manteniment għax-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu li għadda, ta' €250 kull xahar lill-eksmara tiegħi," jispjegalna r-raġel.

Min-naħa tiegħu r-raġel isostni li huwa kien taha l-manteniment. "Il-manteniment għal dawn ix-xhur tajthulha u kont ħallastha bil-quddiem. Fil-fatt f'Diċembru kont tajtha €500 li jkopru x-xhur ta' Jannar u Frar, u f'Marzu tajtha €500 li jkopru dak ix-xahar u x-xahar t'April," jgħidilna r-raġel waqt li ppreżentalna t-tranżizzjonijiet tal-bank.” Dawn id-dokumenti originali kollha qegħdin f'idejna u juru li dan ir-raġel ħallas il-manteniment. 

Il-ġimgħa li għaddiet huwa kellu jidher il-Qorti biex iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih. "Tlajt il-Qorti u ġibt il-provi miegħi, billi ppreżentajt t-tranżizzjonijiet oriġinali tal-bank. Però spiċċajt neħel xahar ħabs," jistqarr ir-raġel huwa u jurina t-tranżizzjonijiet. Dan ir-ragel mhux biss weħel xahar ħabs iżda s-sentenza ma kinitx xahar ħabs sospiża imma xahar ħabs effettiv.

Jekk ma jinstabx rimedju immedjat dan ir-raġel lest, b'wiċċu mikxuf jiġi f’Xarabank u jirrakkonta l-istorja inġusta li ġrat fil-konfront tiegħu. “Aħna qed nistennew azzjoni immedjata biex din l-inġustizzja tissewwa,” jgħidilna Mark Laurence Zammit, il-Maniġer ta’ Xarabank.

No comments:

Post a Comment