top bar

Friday, 6 October 2017

"Jekk jinstab li għandi flus barra minn Malta nirriżenja kompletament" - Dr Adrian Delia



Dan huwa l-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia, ftit tal-ħin ilu waqt Xarabank, meta Peppi staqsieh dwar l-allegazzjonijiet li ħarġu fuqu fil-midja fil-ġimgħat li għaddew.

"Jekk jinstab li għandi flus barra minn Malta nirreżenja kompletament, għax m'għandix," qal Dr Delia meta Peppi beda jistaqsih jekk jirriżenjax fl-eventwalità li tinstab li għandu xi irregolarità.

Peppi staqsieh ukoll jekk lestx imur l-bord tal-etika tal-Partit Nazzjonali u jitlob jieħdu l-ħin u jinvestigaw. Huwa jwieġeb li jekk hemm xi ħadd li jrid jinvestiga ma għandux problema.

Dawn il-mistoqsijiet kienu wħud minn sensiela ta' mistoqsijiet f'intervista one-on-one li Peppi għamel lil Dr Adrian Delia f'Xarabank tal-lejla. Kif nagħmlu kull meta jilħaq xi ħadd fit-tmexxija, anke llum għandna magħna lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lil martu, u ġew live fil-programm eżatt wara li Dr Delia ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni fil-Palazz tal-President, fil-Belt.

Fost l-oħrajn, illejla se nurukom x'ġara meta morna nqattgħu ġurnata mal-familja Delia, se nurukom biċċiet mill-filmat tat-tieġ ta' Adrian u Nickie u se ssiru tafuhom b'mod li qatt ma kontu tafuhom qabel.

Illejla, Xarabank arah sal-aħħar!

Ritratt: PhotoCity Malta




No comments:

Post a Comment