top bar

Tuesday, 10 October 2017

Wieħed mill-aktar Nazzjonalisti kritiċi ta' dan il-Gvern jgħid li l-Budget huwa tajjeb


"Budget tajjeb," Wayne Hewitt

Dalgħodu kellimna ma' Wayne Hewitt.

Hekk kif ilbieraħ spiċċa d-diskors tal-Budget, Wayne Hewitt, kandidat tal-Partit Nazzjonalista u kritiku kbir tal-Labour jikteb fuq Facebook "Budget tajjeb".

F'daqqa waħda, dawk li s-soltu jgħajruh dwar kemm huwa negattiv u kemm "jobgħod lil tal-Labour" ħarġu jgħidulu prosit, fosthom Tessie Caruana.


U hawn jaqbżu n-Nazzjonalisti li nħarqu jisimgħu wieħed minn tagħhom ifaħħar il-Budget, ma jikkritika xejn u jgħid li huwa budget tajjeb. 

Simon Muscat jgħidlu:

U mill-ewwel iwieġeb Hewitt u jibqa' jinsisti li l-budget huwa tajjeb. 

Jidħol fix-xena Franco Debono li fil-kampanja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien kritiku ħafna ta' Delia. Jagħti parir b'xejn lil Wayne Hewitt. 


U, għaġeb tal-għeġubijiet, Wayne Hewitt jaqbel ma' Franco.


Pauline Falzon ma tiflaħx tisma' lil Wayne jfaħħar il-Budget u titlobu ma jibqax ipaxxi lil-Laburisti.

Saħansitra Kareem Spiteri jgħid lil Hewitt li jmur mal-Labour. Interessanti li Kareem juża l-kliem li Kristu uża ma' Ġuda fl-aħħar ċena qabel ma ttradieh. 


Wayne Hewitt bħal donnu ma jistax jemmen li għax fettilu jgħid li l-Budget huwa tajjeb kien se jkollu dan il-feedback hekk negattiv. 

Tkellimna ma' Wayne Hewitt. "X'taqbad tikkritika fil-Budget. Forsi tista' tgħid li hemm affarijiet nieqsa bħal Għawdex imma l-Budget huwa tajjeb u nkunu diżonesti jekk ngħidu li huwa Budget ħażin u l-element tas-surplus huwa xi ħaġa pożittiva f'dan il-pajjiż."

"Qabel jiena stess ikkritikajt is-surplus għax ma kienx hemm investiment imma issa jidher minn dan il-Baġit li l-Partit Laburista ħa l-kritika tal-Partit Nazzjonalista u f'dan il-Budget qed jinvesti fl-infrastruttura," jgħid Hewitt.

Nistaqsu lil Hewitt jekk dawn il-kummenti humiex ispirati mill-antipatija li għandu għall-Kap il-ġdid Adrian Delia. Wayne Hewitt iwieġeb:

"Li ma għandniex grazzja ma' Deli mhux xi sigriet imma jekk huwa n-new way irridu nibdew ma nikkritikawx biss u nkunu prepożittivi."

No comments:

Post a Comment