top bar

Wednesday, 8 November 2017

BIL-FILMAT: Ambaxxatur tal-Kuraġġ jiltaqa' ma' David Beckham

Dan it-tifel ġibed il-qlub tan-nies meta ltaqa' mal-plejer David Beckham.

Moin Younis għandu kundizzjoni rari ħafna fil-ġilda, imma din ma tħallihx milli jispira ħafna nies. Dan it-tifel deher f'2017 Pride of Britain Awards biex jirċievi l-Premju tal-Kuraġġ għall-isforzi li għamel għall-karità. Però l-iktar mument li spikka kien meta ltaqa' mal-plejer David Beckham.
Fil-filmat jistqarr li minn dejjem kien fan kbir tiegħu minħabba l-passjoni li David Beckham juri fil-logħba. Hu u jgħid hekk ma kienx jaf li David Beckham jinsab ftit 'il bogħod minnu. Minkejja li ma setax jemmen, Moin ingħata l-opportunità li jkellmu permezz ta' telefonata. Kif tistgħu timmaġinaw, it-tifel ma setax jemmen x'kien qed jiġri. Wara li għat-taparsi tinqata' l-linja minħabba xi problemi, jitfaċċa David Beckham fil-kamra tiegħu.
Araw x'kellu jgħidlu David Beckham lil Moin meta ltaqgħu:

Filmat u ritratti: Mirror.co.uk

No comments:

Post a Comment