top bar

Friday, 10 November 2017

Fuq xiex se jkun Xarabank tal-lejla?


Illejla fuq Xarabank lil Peppi se narawh bħala medium f'esperiment li għamel ma' nies li ma jafx.


Wara d-diskussjoni tal-ġimgħa l-oħra fuq il-mediums, dwar jekk humiex frodisti jew le, f'Xarabank se nuru kif Peppi għamel esperiment ma' nies li ma jafx u kif qata' ħafna affarijiet li ġraw jew li qed jiġru f'ħajjithom. Peppi se jikxef kif għamel dan l-esperiment.

Fit-tieni parti tal-programm se niddiskutu s-suġġeriment li ressaq il-Kummissjarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna, li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità.

Fuq il-panel se jiddiskutu Oliver Scicluna, Dr Anna Borg, Marie-Therese Gatt, Nadine Fenech u Gianluca Cutajar.

No comments:

Post a Comment