top bar

Friday, 10 November 2017

"Għalija l-Professur Anthony Zammit kien qisu t-tieni missier tiegħi" - Yvette Camilleri


Il-Professur Anthony Zammit, għal Yvette Camilleri kien qisu t-tieni missier tagħha.


Yvette, li kienet ħabiba tal-Professur, tgħidilna x'kien ifisser għaliha. "Kienu qisu t-tieni missier. Konna nitkellmu kuljum preċett. Kien kollox. It-tabib, il-professur, il-ħabiba, xi ħadd tal-familja. Kollox." Tgħidilna li t-telfa tiegħu qed tħossha. "Iebsa ħafna. Anke l-fatt li ma nistax inkellmu kuljum, iebsa ħafna. Il-ħin kollu nistenna t-telefonata tiegħu," tistqarr Yvette.

Yvette tgħidilna li kien jgħin lil kulħadd. "Kien sempliċi. La qatt ħa tħossok ħa tmur għand il-Professur u ħa jiksrek jew ħa jiksrek għax ħa ċċempillu. Stajt iċċempillu kull ħin. Anke billejl jirrispondik jew tibgħatlu messaġġ kien jirrispondik. Fejn jidħol il-mard kien jidħol b'ruħu u ġismu. Ma kienx jagħti kas min kien ikun il-persuna jew il-kulur politiku. Basta li jfejqu," tgħidilna Yvette.

Yvette għandha dispjaċir wieħed. "L-ikbar dispjaċir li għandi hu li tant fejjaq nies li meta qalli li għandu din il-marda bdejt nittama li forsi ħa jgħaddiha wkoll. U l-iktar ħaġa li kien speċjali kienet li matul din il-marda, meta konna nitkellmu u nsaqsih kif inhu, l-ewwel li ma kien jgħidli kien, 'Imma inti kif inti?' Għalih li huwa professur u li jaf eżatt x'qed jir f'ġismu kienet ħafna iebsa għax eżatt kien jaf x'qed jiġri. Imma fl-aħħar kien jaf li ħa jmut," tispjega Yvette.

Il-Professur Anthony Zammit kellu ħafna mistoqsijiet. "Kellu ħafna mistoqsijiet x'ħa jiġri minn wara l-mewt. Kuljum kien jgħidli, 'Filgħaxija dawn il-ħsibijiet biss jiġuni: X'ħa jiġri? Imma vera għandi ħajja oħra?' Kien vera bniedem li ma tispjegahx. Jiena ngħidlu r-re, l-eroj, kollox. Ħa nimmissjah ħafna," ittemm tgħidilna Yvette.

Il-Professur  Anthony Zammit miet is-Sibt li għadda.

No comments:

Post a Comment