top bar

Thursday, 30 November 2017

"Se jagħtuni ċitazzjoni talli lit-tifel ma bgħattux skola biex jiġi magħna ġimgħa cruise f'Ottubru" - Missier


Dan il-missier se jaqla' ċitazzjoni talli tellef lit-tifel ġimgħa skola biex imur cruise magħhom f''Ottubru.



Robert, il-missier, ma jistax jieħu leave fis-sajf. "Jiena naħdem deliveryman u fis-sajf inkunu bl-istop leave minħabba x-xogħol li jkollna. Jiena u l-mara ddeċidejna li bħala familja mmorru cruise f'Ottubru. Qtajniehom bejn ir-4 u l-11 t'Ottubru. It-tifel kien beda skola u konna avżajniehom li t-tifel mhux se jattendi skola dik il-ġimgħa."

Il-kap tal-iskola ma tilqax it-talba. "Il-kap tal-iskola qaltli li jekk irridu mmorru vaganza, immorru fis-sajf u mhux fix-xitwa meta tkun bdiet l-iskola." Il-missier jirċievi karta mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. "Xi ġimgħa ilu rċevejt karta mingħand tal-Edukazzjoni tgħid li jiena se neħel ċitazzjoni talli lit-tifel ma bgħattux l-iskola dik il-ġimgħa. Bħalissa qed nistenna li jagħtuni risposta ta' x'se tkun iċ-ċitazzjoni. Jekk tkun flus mhux se nħallashom u jekk hemm bżonn nagħmel erbat ijiem ġewwa."

Jibbukkja safra għal sena oħra. "Issa jiena diġà bbukkjajt għas-sena li ġej fl-istess żmien għax fis-sajf ma nistax nieħu leave. Huma jippretendu li għax ikunu jistgħu jieħdu l-vaganzi fis-sajf, mela n-nies kollha tad-dinja jieħdu l-vaganzi tagħhom ukoll fis-sajf."

"Nixtieq nappella lill-kapijiet tal-iskola jagħtu iktar importanza u jifhmu lilna l-ġenituri li aħna ma nistgħux nieħu l-leave kif iridu huma. It-tfal għandna nħallulhom il-privileġġ li jekk il-ġenituri jiddeċiedu li jsiefru f'Ottubru jew f'Jannar, inħalluhom u mhux inġibu dawn l-intoppi. It-tifel tiegħi laħħaq mat-tfal l-oħra tal-klassi u għamel il-homework kollu u xorta waħda mexxa," itemm jgħidilna Robert.

Xarabank bagħat il-mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

12 comments:

  1. Imissu ha l permess qabel ma rranga ghal cruise.

    ReplyDelete
  2. Kulhadd jaf li ma tistax issiefer lit tfal fiz zmien Tal iskola sakemm mhux ghal mard Jew xi funeral. Anka Tal kinder qalulna avolja mhux bil ligi tibghatom lit tfal skola!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Allura skond inti ma insifer qadd ma in jien ghax jien Fi sajf y xmax stop leave halluna kwieti trudux

      Delete
  3. ma jidirli li ghamel xejn hazin billi mar vaganza mal familja biex ikollom naqra hin ta kwalita ilkoll flimkien ax fdak iz zmien jistaw il poplu qabel iparla u jiggudika andu jithol fiz zarbun ta dak li jkun u kullhadd jippunta sabajh lejn lindividwu ax min jista jista fis sajf maj fissirx li kull hadd jista u jien lil dan il missier nifmu ax jien nahdem fis settur turistiku u biex tiehu gurnata leave fis sajf trid tamel weda biex da kollu namel gurnata mat tfal u bhalu jien fix xitwa inkun nista ingawdijom u lit tfal darba fhajtek andek cans dgawdihom zar ax la darba jikbru tkun tlif tfulitom kollha jien naqbel mijek u dawn huma laffarijiet li kullhadd andu jidem.

    ReplyDelete
  4. Ahjar ma tkelem xejn u amel certifikat taparsi ma jiflahx u barra bid daq

    ReplyDelete
  5. JM ma jaqlax citazzjonijiet imma jehodhom tant lit tfal mieghu ghal zjarat barra l pajjiz sahansitra l Amerka meta suppost imorru l iskola!

    ReplyDelete
    Replies
    1. It-tfal ta JM ma jmorrux skola pubblika, allura jappilkaw regoli differenti minn dawk ta skola pubblika.

      Delete
    2. Not true. Il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, jew kwazi. M'ghandux x'jaqsam liema skola jattendu t-tfal. Taht is-16-il sena obbligati bil-ligi li jattendu u jitilfu biss f'kaz ta' mard jew bil-permess tal-kap tal-iskola.

      Delete
  6. Dixxiplina....l-iktar haga mportanti f'kull fazi tal-hajja. Il-missier ma jistax jiehu leave fis-sajf u t-tifel ma jistax isiefer fil-granet tal-iskola!!!!!

    ReplyDelete
  7. Ma nistax nifhimhom dan-nies. U jippretendi li jiehu tieghu minn fuq. Anqas biss ghandha tghaddilu minn mohhu li jfalli gimgha skola lit-tifel biex imur holiday!!

    ReplyDelete
  8. Ma naqbilx li tinghata citazjoni f dawn il kazijiet. Jiena nemmen li huwa bzonn li l familja tqata hin ta kwalita flimkien u certa li kienet ta esperjenza edukativa ghat tifel ukoll. Pero naqbel li meta tfal jfallu hafna u ghal xejn b xejn tinghata citazjoni

    ReplyDelete
  9. Missu ha holiday zmien li ma jkollux skola tifel xkull wahda! Xmas...easter....memx sajf biss!
    Kulhadd jaf li skola hi obblikatorja u tfalli biss unless sick/ill... Fejna dixxiplina?!

    ReplyDelete