top bar

Tuesday, 5 December 2017

AĠĠORNATA: Il-'lecturers' ordnati ma jkellmux lill-istudenti



Aġġornata (19:15):


B’reazzjoni, l-MUT qalet li l-MCAST ilha ġġebbed saqajha. “Sfortunatament il-management tal-MCAST ilha ġġebbed saqajha għal diversi xhur u l-azzjonijiet industrijali huma dejjem l-aħħar triq li tittieħed meta ma jkun aktar modi ta’ kif tiftiehem madwar mejda. Il-Union tispera li l-management tal-MCAST tirrispondi għat-talba tal-edukaturi tal-MCAST li nirrappreżentaw, li wara kollox hija għal pakkett adekwat għall-edukaturi f’dan il-kulleġġ. B’hekk inkunu nistgħu nirtiraw l-azzjonijiet preżenti. It-theddida vera għall-edukazzjoni hija edukaturi li mhumiex stmati,” jistqarr il-President Marco Bonnici.



Mhux qed jippubblikaw riżultati tal-assignments. Mhux qed jagħtu feedback fuq l-assignments. Mhux jattendu ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-istudenti. Mhux jikkomunikaw mal-istudenti barra mil-lekċers u mill-ħinijiet tal-istudenti (contact hours). U mhux jirrispondu l-imejls.


Dawn huma wħud biss mid-direttivi għall-membri kollha li jaqgħu taħt il-ftehim tal-MCAST li ħarġet l-Malta Union of Teachers.



Aħna tkellimna mal-istudenti tal-Institute of Community Services li bħalissa qed isegwu Baċellarat tal-Arti fil-Care Managment. Dawn l-istudenti jinsabu fl-aħħar sena u jinsabu ppanikjati b'dawn id-direttivi li ħarġu. 


"Sirna nafu b'dawn id-direttivi nhar il-Ħamis li għadda meta ħarġu d-direttivi. Inħasdna għax aħna qegħdin fl-aħħar sena tal-kors. Għandna bżonn il-feedback biex naraw fejn nistgħu nitjiebu, biex inġibu markin tajbin, iktar u iktar meta aħna l-ħin kollu bit-testijiet u l-assignments. Lanqas sessjonijiet mat-tutur tat-teżi tagħna ma nistgħu nagħmlu għax mhux jirrispondu l-imejls u ma nistgħux inkellmuhom barra mil-lekċers li għandna fit-time-table.  Ninsabu ħafna ppanikjati u fl-aħħar tas-sena ma naffordjawx li jkollna dawn l-intoppi."


Imma għala qed isir dan l-istrajk? "Milli nistgħu nifhmu hemm nuqqas ta' reżorsi finanzjarji għall-fatt li l-lekċerers tagħna għandhom paga inqas mil-lekċerers li hemm il-Junior College u l-Università. Dawn id-direttivi se jibqgħu sakemm jintlaħaq kompromess bejn l-MCAST u l-MUT. Terġa' nhar il-Ġimħa se jkun hemm strajk ta' ġurnata u wara ma nafux kif se nibqgħu."


Dawn id-direttivi huma ta' tħedda fuq l-edukazzjoni. "L-appell tiegħi huwa li jintlaħaq kompromess malajr kemm jista' jkun. Nifhmu l-lekċerers u għandna rispett kbir lejhom għax din hija diskriminazzjoni. Però jridu jaraw din is-sitwazzjoni mil-lenti tal-istudenti għax aħna qedi nbatu wkoll. Aħna jumejn oħra ħa niggradwara u se mmorru naħdmu. Ma nafx għala l-Ministeru tal-Edukazzjoni jħallu theddidiet bħal dawn fuq l-edukazzjoni."


Aħna tlabna r-reazzjoni tal-MUT.

1 comment:

  1. Aqqas intom biased ukoll! Tfajtu t-tort kollu fuq l-MUT u l-lekcerers u assolvejtu totalment lil MCAST u l-gvern.
    Tajjeb tfakkru li l-ftehim kollettiv ilu sena li skada, u matul din is-sena l-MCAST kiser diversi promessi li ghamel hu stess li jipprezenta pakkett finanzjarju. Il-problema mhix li m hemmx ftehim imma li l-MCAST, sena wara, lanqas biss irid jaghti prosposti.

    Allura gheziez ta Xarabank, ghala tlabtu reazzjoni tal-MUT u mhux tal-MCAST?

    ReplyDelete