top bar

Friday, 12 January 2018

BIL-FILMAT: "Għadni ma nistax inniżżilha li ħallieni" - Grace, oħt Dun Ġorg Grima


Ftit xhur ilu miet Dun Ġorg Grima u oħtu Grace għadha sal-lum ma tistax temmen li ħallieha.


F'Xarabank, Grace tgħidilna x'qed tħoss issa li ħuha miet. "Nimmissjah ħafna. Għadni ma nistax inniżżilha li ħalliena. Huwa kien jafda ħafna bija. Kont nieħu ħsiebu ħafna." Grace qatt ma kien issejjaħ lil ħuha, Ġorġ. "Kont u bqajt ngħidlu Dun Ġorġ. Ma nħossx li għandi ngħidlu Ġorġ minħabba d-dekor tiegħu ta' qassis. Dejjem Dun Ġorġ kont ngħajjatlu."


Waqt il-programm intwera dan ir-ritratt t'hawn taħt, ta' Dun Ġorġ b'din it-tarbija f'idu. Waħda minn ħafna li Dun Ġorġ kien jgħin.



Illum din it-tarbija, li jisimha Georgana, kibret u qed tgħix ġewwa Għawdex. Ġiet addottata minn oħt Dun Ġorġ, Carmen. X'tgħidilna Georgana dwar Dun Ġorġ? "Issa qiegħed il-Ġenna. Qed jitlob għalina. Veru kellu qalbu tad-deheb. Kull min ġie quddiemu, kien jgħinu. Kellu dejjem idu miftuħa għal proxxmu," ittemm tgħidilna Georgana.



Kif tiddeskrivih lil Dun Ġorġ Grima? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment