top bar

Tuesday, 9 January 2018

BIL-FILMAT: "George huwa wieħed mill-aqwa studenti tal-klassi" - Kim



F'Xarabank tal-Ġimgħa li għadda sirna nafu li George tad-doughnuts, fl-iskola kellu għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn. Illum George qiegħed jistudja l-Università.



Waqt il-programm u wara, irċevejna bosta kummenti, fosthom ta' Kim Bilocca li qed issegwi l-istess kors ta' George. Taħt wieħed mill-filmati kitbet hekk: "He is one of the best students! Keep up your good work."



Aħna tkellimna ma' Kim li qaltilna kemm George fil-verità huwa differenti minn George li jidher fuq it-televiżjoni. "L-ewwel darba li daħal fil-klassi lanqas kien tkellem. Huwa mistħi ħafna. Mhuwiex il-bniedem li jidher fuq it-televiżjoni imma ġaladarba li jintegra fil-klassi, jaqbad diskursata. Però mill-programm, sirna nafu minn fejn ġejja din il-mistħija."


X'qalet Kim meta semgħet l-istorja ta' George? "Ma qalilniex li se jkun fuq il-programm. Meta smajt l-istorja tiegħu, kont sorpriża għax ma kontx qed nimmaġina li għadda minn dawk l-affarijiet." 

Dwar l-assignment, tgħidilna kif George daħal b'ruħu u ġismu għalih. "Meta tatna l-assenjament, ħa x-xogħol bis-serjetà. Beda jistaqsi ħafna affarijiet, bħal minn fejn jista' jfittex u minn fejn jista' jġib il-kotba." X'għamel meta sar jaf li ġab dik il-marka? "Tgħidx kemm kien feraħ xħin sar jaf li ġab 70% minn 90%. Però tant kemm jipprova, li fejn żbalja, beda jistaqsi biex jara x'jista' jagħmel aħjar."

Kim tgħaddi messaġġ lil George. 'Jiena l-background tiegħi wkoll mhux tal-Università imma flimkien nistgħu nkomplu f'dan il-kors. Ngħidlu biex ma jaqtax qalbu għaliex huwa wieħed mill-aqwa studenti li għandna fil-klassi," ittemm tgħidilna Kim.

X'għandu x'jgħidilna George wara l-programm tal-Ġimgħa? Tkunu tafu f'Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa!

No comments:

Post a Comment