top bar

Friday, 5 January 2018

BIL-FILMAT: "Wara li tlift lil ommi u lil missieri, ninsab waħdi totalment" - Martin Sapiano


Wara li tilef lil ommu u lil missieru f'4 xhur, Martin jistqarr li jħossu waħdu. 


Is-sena l-oħra, fl-ewwel ta' Jannar, Martin tilef lil missieru. "Fl-ewwel ta' Jannar, fis-7:20pm, miet missieri. Kien dam dieħel u ħiereġ l-isptar. Pero' l-aħħar tliet xhur u nofs kien qed ibati. Il-mama' dakinhar kienet tilfet lil żewġha u lil oħtha wkoll, ġewwa l-Ingilterra, fil-5:00am. Erba' xhur wara, fis-26 ta' Mejju, telqitna l-mama' bla ma konna qed nistennew."

Issa Martin jinsab waħdu. "Ninsab waħdi totalment. Is-solitudni hija xi ħaġa terribbli. Għandi kuġini msiefrin, pero' hawn Malta ninsab waħdi. Ma għandi lil ħadd litteralment. Inkellem lil ommi u lil missieri l-ħin kollu. Dak li jgħinni nkompli b'ħajti. Imbagħad jiġu waqtiet fejn nispiċċa waħdi u mmur nippassiġġa Ta' Sliema, fejn noqgħod. Is-solitudni hija terribbli," itenni Martin.

Ġurnata qabel ma miet, missieru jgħidlu biex jieħu ħsieb lil ommu. "Fl-2002, meta kont naħdem f'kumpless f'San ġiljan, kelli ħafna xogħol fil-jum li fih dan il-kumpless jiċċelebra għeluq sninu. Ħadd ma qalli xejn. Għaddiet il-ġurnata u qaluli li ommi għamlet operazzjoni u li kellha kanċer f'sidirha.  Snin wara, jum qabel ma miet missieri, qalli biex nieħu ħsieb lill-mama'. Miet. Jiena u ommi morna l-Ingilterra, morna l-funeral ta' oħtha u ġejn lura. Morna għand il-konsulent u qalilna li kellha kanċer."

Ara l-intervista sħiħ hawn taħt:




No comments:

Post a Comment