top bar

Sunday, 11 February 2018

BIL-FILMAT: Tiftakru lil Topo Gigio?



Topo Gigio kien il-karattru ewlieni f'programm tat-tfal fuq l-istazzjonijiet televiżivi u ikona tal-kultura pop Taljana u ġie maħluq fl-1958 mill-artista Maria Perego.


Dan il-pupazz ta’ 25 ċm, ġie maħluq minn 4 minn nies. Tlieta biex imexxuh u wieħed biex joħloq il-vuċi.

Gigi, kif ġie imlaqqam dan il-ġurdien, għamel id-debutt tiegħu bħal-lum 11 ta’ Frar, 1959, bil-vuċi tal-attur Giuseppe Mazzullo - Peppino u wara minn Davide Garbolino.


L-arti fil-pupazzi dak iż-żmien kienet għadha lura ħafna. Moħbija wara purtieri suwed biex jgħattu kull raġġ ta’ dawl, kien ikun hemm nies li jmexxu partijiet differenti. Topo Gigio kellu wiċċu artab, mekkaniżmi żgħar li jippermettu l-moviment tal-ħalq, l-għajnejn u s-swaba'.

Dam popolari għal diversi snin fosthom bil-preżenza tiegħu fuq Zecchino D’Oro.  Giġi ma kienx popolari biss fuq l-istazzjonijiet televiżivi, imma wkoll fuq rivisti, cartoons, żewġ films, diversi merchandise u rnexxielu jagħmilha wkoll fuq The Ed Sullivan Show fl-Istati Uniti!

Topo Gigio temm l-ispettaklu finali ta' Sullivan fl-1971.

Ara hawn lil Topo Gigio fuq The Ed Sullivan Show -   

No comments:

Post a Comment