top bar

Saturday, 10 February 2018

BIL-FILMAT: Yanica tibża' tiekol għax tibża' li tifga


Yanica tibża' tiekol għax tibża' li tifga.

F'Xarabank din it-tfajla spjegat kif għaddejja minn problemi ta' saħħa mentali. "Jiena niekol litteralment ikel likwidu. Nibża' niekol ikel solidu għax nibża' li nifga. Rajt lil xi ħadd jifga u darba kont qed nifga jiena stess, u bqajt nibża'. Hija diffiċli biex toħroġ minnha u mhux ħafna huma dawk in-nies li jifhmuk. In-nies jiġu jgħidulek li biex tibqa' rqiqa, għalhekk m'intiex tiekol. Però llum il-ġurnata ma nweġġagħx għax jgħiduli hekk."



Dawn l-aħħar xahrejn Peppi u Maria Desira (producer), mit-tim ta' Xarabank ħadmu ma' Richmond Foundation biex nhar il-Ġimgħa li ġej isir programm speċjali fuq is-saħħa mentali. Fl-istess waqt, Xarabank kien qed jaħdem fuq il-programmi tal-Eurovision u ltaqa' ma' Christabelle li qaltilna li l-kanzunetta tagħha hija dwar is-saħħa mentali.

F'Xarabank Christabelle kienet qaltilna li tibża' tara lil xi ħadd jiekol għax tibża' li se jifga. "Ma narax lin-nies jieklu, speċjalment it-tfal għax nibda naħseb li se jiġrilhom xi ħaġa. Inkun qiegħda f'restorant u nisma' lil xi ħadd jisgħol nibża'. Dan minħabba li kont rajt episodju jseħħ quddiemi u ma nistax inneħħih. Hija xi ħaġa li affettwatni."

Din il-ġimgħa, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħatret lil Christabelle bħala ambaxxatriċi tas-saħħa.


No comments:

Post a Comment