best deal

Saturday, 10 February 2018

BIL-FILMAT: Din l-omm tilfet lil binha b'suwiċidju u kitbet ittra lil Christabelle


Din Ġina. 8 ġimgħat ilu tilfet lil binha wara li neħħa ħajtu b'idejh. Semgħet il-kanzunetta ta' Christabelle u ddeċidiet li tiktibilha ittra.


"Għażiża Christabella,

Jiena qiegħda hawn mhux biss bħala ħabiba tiegħek imma bħala persuna li għadni kif għaddejt minn trawma ta' saħħa mentali.

Kif taf Christabelle, 8 ġimgħat ilu t-tifel li rabbejt b'għożża, it-tifel li jien u żewġi konna ngħixu għalih, illum ma jistax jgħidli iktar 'ma' għax f'mument li sal-lum għadni ma nifhimx, neħħa ħajtu b'idejh. Michael kellu 17-il sena.

Qiegħda hawn biex ngħidlek grazzi Christabelle tal-kuxjenza li qed tqajjem bil-kanzunetta tiegħek fuq is-saħħa mentali.

Għandna bżonn inkunu nafu iktar, għandna bżonn nifhmu aktar is-sinjali. Michael ma kienx imdejjaq quddiemna imma llum nirrealizza li kien iżomm kollox għalih u ħasadna b'dak li għamel. Ħajjitna nqalbet ta' taħt fuq.

Jiena qiegħda hawn biex ngħid lil ġenituri kollox joqogħdu attenti u jinfurmaw ruħhom dwar is-saħħa mentali tal-familja. Jiena mġarrba u ma rridx lil ebda omm u missier jgħaddu minn dak li għaddejjin aħna bħalissa. Iva nibqgħu nistaqsu, 'Imma għaliex? Imma għalfejn?'

Kieku hawn Michael kien jiċċelebra r-rebħa tiegħek u llum inħossni nista' niċċelebra miegħek f'ismu u f'isem dawk kollha li qed ibatu bħalissa. Fittxu l-għajnuna llum.

Inħobbok Christabelle."

1 comment:

  1. Certi affarijiet mhux kif nahsbuhom ahna. Mhux ser issibu twegiba billi tistaqsu ghaliex jew jekk stajtx naghmel xi haga biex inwaqqafa. Wiehed irid jiftakar li l-arlogg ma jimxix lura u l-futur mhu qatt se jibdel il-passat. Zbal kbir immens jekk il-persuna li taghmel suwicidu l-familja jahsbu li l-persuna ma hazbitx fihom b'imhabba kbira. Il-hajja mhux kif nahsbuwa kullhadd irid imut illum jew ghada ma taghmilx differenza. Hin biss hemm. Darba mmutu jispicca kollox. Jekk miljun sena ohra nirxuxtaw qiesna irxuxtajna ezatt kif mietna. Min jifhen dan jistabar.

    ReplyDelete