best deal

Friday, 30 March 2018

ESKLUSSIVA: Il-Gvern jagħti €5 miljun lil Puttinu waqt Xarabank


Il-Prim Ministru għadu kemm daħal b'telefonata waqt Xarabank.


F'intervent telefoniku, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr: "Nikkonferma li Angele u Rennie ta' Puttinu, u Peppi ilhom jitkellmu maċ-Chief of Staff Keith Schembri biex il-Gvern jgħin ħalli jkun hemm flats issa fiċ-ċentru ta' Londra. Il-bżonn sar akbar għax il-kura speċjalizzata żdiedet u issa għandna ħafna Maltin li qed imorru fi sptarijiet fiċ-ċentru ta' Londra."

Spjega kif nistgħux nistennew u fl-istess ħin ikollna nies li qed ibatu, u għaldaqstant bħala Gvern iħoss li jrid jgħin lil Puttinu biex ikollu dawn il-flats fiċ-ċentru ta' Londra mill-iktar fis possibbli. "Aħna nifhmu li din mhijiex ħaġa li tista' tistenna. Fhimna li flats fiċ-ċentru ta' Londra jiswew il-miljuni u allura llum bħala Prim Ministru nixtieq nikkometti ruħi li l-Gvern se jgħin biex dawn il-flats isiru realtà din is-sena. Għaldaqstant il-Gvern se jagħti €5 miljun biex dan il-proġett isir."

Tista' tagħti donazzjoni billi ċċempel:

€25: 51802008 -  €50: - 51902062 - SMS €6.99: 50618939

Ritratt: Andrew Borg Carbott

2 comments:

  1. Xorta hargu d-demonji jkesksu imma l-akbar sorpriza kien l-ghafried li ikkummenta minn gewwa l-Kurja.
    Il-Papa jghid lil isqfijiet biex ma jindahhlux fil-politika imma jidher li dan ma jghodx ghal kulhadd.

    ReplyDelete