best deal

Thursday, 5 April 2018

BIL-FILMAT: Dan il-ġuvni nhar is-Sibt li ġej se jsir saċerdot


Fr Jethro Bajada se jiġi ordnat saċerdot flimkien ma' 8 djakni oħra.



Iva, il-ġuvni tal-ewwel ritratt huwa Fr Jethro. Fr Jethro differenti minn kif nafuh illum. Dak iż-żmien kellu mal-ħmistax-il misluta. "Kienet fażi f'ħajti fejn kont qed nikber. Kont inħobb l-imsielet u kelli ħafna kuluri f'xagħri."

Fr Jethro esperjenza s-sejħa li jidħol patri meta mar Medjugore. Minn hemmhekk, ma baqax l-istess u niżel Malta bniedem differenti. "Kien ġie raġel li qalilna li ħa jorganizza pelligrinaġġ f'Medjugore. Qalilna li l-Madonna tixtieqna li nitolbu. Jiena ma kontx interessat fit-talb imma fil-ħajja li noħroġ, mal-ħbieb, kelli girlfriends ukoll iżda spiċċajt b'kurżità. Kont ilni ma nsiefer u għedt ħa mmur."

Fr Jethro jesperjenza ferħ li qatt ma esperjenza qatt. "Meta mort Medjugore esperjenzajt xi ħaġa ġdida f'ħajti. Dejjem kelli l-attenzjoni ta' sħabi imma l-ferħ, it-trankwiltà u l-kalma li esperjenzajt hemm, ma esperjenzajtux qabel. Meta dan il-ferħ li esperjenzajt għoġobni, għedt dan it-talb qed jagħtihuli u nżilt lura Malta u bdejt nitlob."

Il-ħajja ta' Fr Jethro ma tibqax l-istess. "Meta bil-mod il-mod bdejt nitlob, sħabi bdew jarawni ninbidel. Qatt ma xammew li kien se nidħol patri. Xorta kienu jgħidu li jekk nidħol jien, joħorġu kollha. Ma kontx beħsiebni nidħol patri imma ħajti nbidlet. Filli qiegħed ma' sħabi u filli ngħidilhom li ħa mmur. Kont immur nitlob il-kappella, noqgħod għall-kwiet, naqbad il-Bibbja kif naf jien, nitlob xi sliema u qaddis u l-ħaġa nbidlet." U Fr Jethro jwieġeb għas-sejħa t'Alla.

Jumejn oħra Fr Jethro, flimkien ma' 8 djakni oħra se jiġi ordnat saċerdot, u Xarabank se jsegwi l-aħħar provi u l-proċess kollu sakemm jilħqu saċerdoti.

Aħna nawguraw lil Fr Jethro u lit-tmien djakni l-oħra!

Din hija l-intervista sħiħa li konna għamilna lil Fr Jethro snin ilu:

No comments:

Post a Comment